Il-Pedaġġi fin-Norveġja

Hemm madwar 200 stazzjonijiet tal-pedaġġ fin-Norveġja. Kollha kemm huma huma awtomatizzati*, u mmarkati b'"AutoPASS" u s-simbolu fuq il-lemin.

Vetturi reġistrati li jsuqu fin-Norveġja permezz tal-istazzjonijiet awtomatizzati tal-pedaġġ tat-triq jingħataw l-fattura sussegwentament. Il-fattura tintbagħat bil-posta (jew emejl jekk is-sidien ikun irreġistra minn qabel permezz tal-websja tal-EPC). Vetturi b'tag** huma intitolati għal skont fil-pedaġġ u jirċievu fattura minn min ħarġilhom it-tag.

L-istazzjonijiet tal-pedaġġ awtomatizzati huma kollha mgħammra b'kamera li taqra l-pjanċa tan-numru ta' reġistrazzjoni tal-vettura u toll tags. Bil-għan li tingħata fattura lill-vetturi reġistrati barra, l-Awtoritajiet tat-Toroq Norveġiżi, l-iStatens Vegvesen, jridu jiksbu aċċess għall-awtoritajiet tal-liċenzjar tal-vetturi fil-pajjiżi differenti. Vetturi reġistrati barra l-pajjiż jingħataw fattura mill-Euro Parking Collection plc (EPC). L-EPC hija fornitur awtorizzat ta' servizz bl-awtorità li joħroġ fatturi lis-sidien tal-vetturi barra l-ġurisdizzjoni tal-awtorità emittanti. Huwa fuq il-bażi tal-awtorizzazzjoni li l-fattura nħarġet.

Leġiżlazzjoni

Statens Vegvesen u kumpaniji tal-pedaġġ fin-Norveġja jistgħu joħorġu fatturi lis-sidien tal-vetturi għall-passaġġi bil-pedaġġ skont il-liġi dwar it-Toroq Pubbliċi paragrafu 27.

Huwa obbligatorju li vetturi kummerċjali itqal minn minn 3.5 tunnellati jkollhom kont validu tal-AutoPASS qabel jidħlu n-Norveġja.

Vetturi tal-kategorija M1 issa qed iħallsu daqs vetturi żgħar, jekk ikollhom kont validu tal-AutoPASS qabel jidħlu n-Norveġja.

Għal aktar informazzjoni dwar dan u l-pedaġġi tat-triq Norveġiżi, is-sit tagħhom u kif ikollok it-tag, jekk jogħġbok żur www.autopass.no/en/autopass.

L-AutoPASS hija s-sistema Norveġiża għall-ġbir tal-pedaġġi tat-triq. Hija tal-iStatens Vegvesen (L-Amministrazzjoni Norveġiża tat-Toroq Pubbliċi).

Mistoqsijiet Frekwenti

Is-sewwieqa kollha, tkun xi tkun in-nazzjonalità, għandhom iħallsu l-pedaġġ tat-triq. Hemm żewġ klassijiet ta' pedaġġi: vetturi żgħar (3.5 tunnellati u inqas) u vetturi kbar (aktar minn 3.5 tunnellati) Il-muturi ma jħallsux pedaġġi fin-Norveġja***.

Biex topera l-istazzjonijiet tal-pedaġġ b'mod effiċjenti, l-operaturi tal-pedaġġ tat-triq taw ix-xogħol tal-ġbir tal-ħlas minn vetturi barranin lill-EPC, li tispeċjalizza fi ħlasijiet u ġbir tad-dejn transkonfinali.

Jekk tirreġistra, inti li tikri /jew tieħu b'lease tirċievi l-fattura direttament. Jekk ma tirreġistrax, l-fattura tmur għand il-kumpanija tal-kiri/leasing. Il-kumpanija tista' iżżid ħlasijeit ta' amministrazzjoni biex tkopri l-ispejjeż tagħha biex tamministra l-fattura u tiġbor l-ammont mingħand min kera/ħa b'lease. Jekk jogħġbok register to get started.

Meta tirreġistra għal kont tal-EPC normalment tnaqqas il-ħin mill-vjaġġ(i) tiegħek sal-wasla tal-fattura. Barra dan, inti jkollok kontroll sħiħ fuq fejn l-fatturi jintbgħatu, kif ukoll fl-aċċessar tal-fatturi tiegħek, iċċekkjar tad-dati meta għandek tħallas, tara l-immaġni, tirreġistra biex tirċievi bl-emejl u biex tħallas. Inti f'kull ]in tista' tinnotifika lill-EPC dwar bidliet fil-jew kanċellazzjoni tar-reġistrazzjoni. Jekk jogħġbok register to get started.

Le, normalment le. Fil-parti l-kbira tal-każi l-EPC toffri lill-klijent għażla jenn ħlas lil kont bankarju bil-munita lokali tiegħu jew lil kont f'bank Norveġiż. Din l-għażla hija disponibbli fl-Awstrija, il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, in-Netherlands, in-Norveġja, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, Spanja, l-Iżvezja, l-Isvizzera u r-Renju Unit. Il-fattura tinħareġ fil-munita lokali, ibbażata fuq r-rata tal-kambju fid-data tal-fattura. Huwa possibli li tħallas bil-kard VISA jew Mastercard.

Mistoqsijiet u appelli għandhom isiru onlajn lill-EPC fuq www.epcplc.com/communication. Dan jippermetti lill-istaff tal-EPC li jieħdu ħsieb il-każ tiegħek. Huwa possibbli li għad-Danimarka u l-Iżvezja ċċempel numru lokali li jiġi dirett lejn is-servizz ta' appoġġ għall-konsumatur multilingwi tal-EPC. Ir-rata tal-prezz tkun l-istess bħal sejħiet domestiċi regolari f'pajjiżek. Inti tista' titlob sejħa lura

L-ipproċessar tad-dejta u s-sejba ta' informazzjoni relevanti jistgħu jieħdu ftit tal-ħin. Passaġġi bil-pedaġġi jinżammu pendenti għal perjodi qosra sabiex aktar passaġġi bit-toll ikunu inklużi fl-istess fattura. Għalhekk, iż-żmien tal-ħruġ tal-fattura jista' jkun itwal milli inti tkun imdorri bih.

Inti ġejt iċċarġjat 300 NOK għal xi waħda minn dawn ir-raġunijiet:

  • Jekk inti rċevejt avviż b'soprataxxa għal passaġġ minn Svinesundsforbindelsen qabel l-1 ta' Novembru 2015, inti tkun rċevejt dan l-avviż għaliex inti ma waqafx u ħallast fl-istazzjon tal-pedaġġ, Qabel l-1 ta' Novembru 2015, Svinesundsforbindelsen kien manwali.
  • Int ma ħallastx il-fattura meta suppost.

L-immaġni tinqabad minn stazzjon tal-pedaġġ awtomatiku. Jekk il-vettura ma jkollhiex On-board Unit valida immaġni tal-pjanċa tal-liċenzja tittieħed awtomatikament bil-għan li tgħaqqad il-vettura mas-sid reġistrat tagħha. L-immaġni huma inklużi fil-fattura biex jagħtu prova li l-passaġġ tal-pedaġġ kien seħħ. Inti tista' tara l-immaġni kollha meħuda tal-vettura tiegħek fuq www.epcplc.com/view_pictures.

Il-qawwa tal-immaġni hija aġġustata awtomatikament bil-għan li jinqara n-numru tal-panċa tal-liċenzja.

F'każi rari jista' jkun li l-punt tal-ħlas li tkun għaddejt minnu ma jkunx reġistrat mis-sistema tagħna. Jekk il-fattura mill-EPC hija biss għall-pedaġġ tat-triq, hija għandha titħallas (bl-użu tal-metodi ta' ħlas li hemm fuq il-fattura). Jekk irċevejt multa, ibgħat kopja tal-fattura lil visitors@vegfinans.no, u huma jaċċertaw li inti ikollok tħallas biss il-pedaġġ tat-triq.

*L-uniku stazzjon tal-pedaġġ manwali fin-Norveġja fejn ma tistax tħallas bit-tag jew tintbgħatlek fattura wara, huwa Atlanterhavstunnelen. Inti jkollok tieqaf u tħallas qabel tgħaddi.

** Visit www.autopass.no/en/autopass għal aktar informazzjoni u kif tordna tag. Irreġistra l-iskont/l-eżenzjoni tiegħek għal vetturi kbar M1 jew vetturi b'emissjoni zero meta tordna t-tag. Tag tal-AutoPASS huwa bl-ebda ħlas, inti jeħtieġlek biss tħallas NOK 200 depożitu li jkun rifuż meta inti tikkanċella l-kuntratt u tirritorna t-tag.

*** Jekk taħseb li l-vettura tiegħek hija eżenti, jekk jogħġbok rreġistra għal tag tal-AutoPASS ma' kumpanija tal-pedaġġ tat-triq biex tirreġistra l-eżenzjoni tiegħek, jew żur lil www.autopass.no/en/autopass għal aktar informazzjoni.