Pagamenti bil-karta tal-kreditu

Euro Parking Collection plc tuża PayEx bħala fornitur għal servizzi ta’ pagament u l-bank tiegħek jew id-dikjarazzjoni tal-kard ser turi Euro Parking Collection plc.

Jekk jogħġbok innota li mhux possibbli li jiġu magħduda fondi lil kont ta’ EPC permezz ta’ PayEx.

Jekk jogħġbok ħalli barra karattri speċjali li jinkludu ‘ [apostrofu], ­_ [sottolinjament] li jidhru f’ismek.

Il-pagamenti bil-karta tal-kreditu li jsiru fuq is-sit elettroniku ta’ EPC jeħtieġu kontroll ta’ 3-D Secure. 3-D Secure, fornut minn Visa taħt l-isem Verified by Visa u minn MasterCard taħt l-isem Secure Code, mhux biss jipproteġi l-kard tiegħek minn użu mhux awtorizzat, imma tfisser ukoll li għandu jkollok kunfidenza li l-bejjiegħ bl-imnut onlajn li inti qed tuża għal transazzjonijiet online għamel mis-sigurtà prijorità għalik wara r-rakkomandazzjonijiet tal-karta tal-kreditu għal transazzjonijiet onlajn. 3-D Secure huwa ġeneralment implimentat bħala metodu bażat fuq password, permezz ta’ password sigriet marbut mal-kard magħruf biss mill-emittent tal-kard u d-detentur tal-kard. Dan jgħin jipproteeġi aħjar id-detentur tal-kard minn transazzjonijiet fażulli.

Ħlasijiet bi trasferimenti bankarji

Jekk jogħġbok uża d-dettalji fornuti fuq in-notifiki sabiex tagħmel il-ħlas. F’ħafna pajjiżi l-pagament għandu jsir f’kont ta’ bank lokali minflok ma jsiru trasferimenti internazzjonali. Jekk jogħġbok aċċerta ruħek li dejjem tinkludi n-numru tal-każ bħala referenza għall-pagament peress li fin-nuqqas t’hekk jista’ jirriżulta li l-pagament ma jiġix allokat b’mod korrett.

Jekk tixtieq tagħmel ħlas fil-kont bankgiro Żvediż tagħna u l-bank jeħtieġ numru OCR, jekk jogħġbok daħħal in-numru tal-każ tiegħek taħt sabiex jiġi ġenerat n-numru OCR tiegħek.