Avviż ta' Privatezza mill-EPC Group

Dispożizzjonijiet Ġenerali

Kif l- EPC Group ser juża l-informazzjoni personali tiegħek?

Euro Parking Collection plc u s-sussidjarji tagħha, Contractum Limited, inkorporati u reġistrati fl-Ingilterra u Wales bin-numru tal-kumpanija GB3515275 u GB5755117 rispettivament, u EPC Hungary Kft., reġistrata fl-Ungerija bin-numru 01-09-908128, jikkostitwixxu l-EPC Group (‘EPC’).

L-EPC tispeċjalizza fl-indentifikazzjoni, notifikazzjoni u ġbir ta' ħlasijiet mhux imħallsa dwar it-traffiku u oħra relatati mat-trasport pubbliku, ħlasijiet u penali maħruġa lill-vetturi reġistrati barra mill-pajjiż jew vetturi tal-kiri b'persuni barranin jew mhux residenti ('FRV') madwar l-Ewropa.

Aħna nirrispettaw id-dritt tiegħek għall-privatezza, u f'dan l-avviż ta' privatezza nispjegaw għala l-EPC tiġbor id-data personali tiegħek u kif nipproċessawha. Jekk inti tixtieq tikkuntattjana dwar il-mod kif id-data tiegħek ti nħadem, jekk jogħġbok ikteb lill-EPC on privacy@epcplc.com

L-EPC ma tittrasferixxix id-data personali tiegħek lil partijiet terzi barra miż-Żona Ekonomika Ewropea, kemm-il darba ma niksbux kunsens espress minnhekk biex nagħmlu dan. Territorji barra miż-ŻEE jista' ma jkollomx protezzjonijiet legali ekwivalenti għal dawk applikanti fiż-ŻEE iżda aħna niżguraw li sħabna barra ż-ŻEE jkomplu jieħdu l-passi kollha raġjonevolment neċessarji biex jassiguraw li d-data tiegħek hija ttrattata b'sigurezza u skont din il-Politika. L-informazzjoni li inti tipprovdi ser tinżamm sigura minna u/jew il-proċessuri tad-data kemm jekk l-informazzjoni hija f'format elettroniku jew fiżiku.

L-informazzjoni kollha dwarek tkun ipproċessata biss sakemm il-leġiżlazzjoni rilevanti u l-bażi legali għall-irpproċessar tad-data jirrikjedu dan. Id-data personali kollha hija maħżuna f'forma enkriptjata u fejn huwa poossibbli, hija psewdomizzata.

L-EPC ma jeħtigilekx li tipprovdilna b'xi data li taqa' taħt il-kategorija ta' data speċjali li tikxef l-oriġini razzjali jew etniku tiegħek, opinjonijiet politiċi, twemmin reliġjuż jew filosofiku, sħubija fi trade union, kwalunkwe data ġenetika jew bijometrika, data li tikkonċerna is-saħħa jew data li tikkonċerna l-ħajja sesswali jew orjentazzjoni sesswali tiegħek. Jekk jogħġbok innota li jekk fi kwalunkwe punt, speċjalment matul il-proċess tal-appell, inti tipprovdilna b'data bħal din, aħna nadottaw approċċ prammatiku u nimmiraw li nużaw l-informazzjoni neċessarja għal konsiderazzjoni tal-appell.

Bħala s-suġġett tad-data, inti għandu numru ta' drittijiet li inti tista' teżerċita. Jekk jogħġbok innota li aħna rridu nivverifikaw l-identità tiegħek bil-għan li inti teżerċita l- rights tiegħek. Biex tagħmel dan il-proċess sigur aħna nirrikjedu li inti tipprovdilna bil-: fattura/referenza/numru tal-każ tal-EPC u l-Marka ta' Reġistrazzjoni tal-Vettura ('VRM').

L-EPC għandha l-ħsieb li tissodisfa l-ogħla standards meta tipproċessa data personali. Għalhekk, aħna nitrattaw kwalunkwe ilmenti b'serjetà kbira. Jekk inti tixtieq tagħmel ilment dwar il-mod kif aħna pproċessajna l-informazzjoni personali tiegħek, inti tista' tikkuntattja lill-Uffiċċju tal-Information Commissioner fil-kapaċità tagħhom ta' korp statutorju li jissorvelja l-liġi dwar il-protezzjoni tad-data: https://ico.org.uk/concerns/

L-EPC ma tesegwix unikament teħid ta' deċiżjonijiet awtomatizzati.

Jekk tagħmel ħlas lill-EPC, dan ikun ipproċessat mis-sieħeb tagħna - Payex, li huwa konformi mal-Card Industry Data Security Standard (PCI DSS). L-EPC ma taħżen ebda informazzjoni dwar il-kard tiegħek. l-informazzjoni kollha hija pproċessata minn Payex, see details here.

Biex tifhem kif aħna nipproċessaw id-data personali tiegħek, jekk jogħġbok aqra t-taqsima rilevanti ta' dan l-avviż. Jekk jogħġbok innota li inti tista' tkun ma' aktar minn wieħed mill-grupp t'hawn taħt:

Viżitaturi fil-Websajt Tagħna

Detenturi ta' Kont tal-Web tal-EPC (Pedaġġi u Penali)

Detenturi tal-Kont AutoPASS

Riċevituri tal-Ħlas tal-Penali

Riċevituri ta' Fatturi

Persuni li Jċemplu lill-Helpline Tagħna

Persuni Li Jikkuntattjawna Bil-Posta

Persuni li jużaw il-formola ‘Contact EPC’ Fuq il-Websajt

Persuni li Jibagħtulna Emejls

Applikanti għal Impjieg



Viżitaturi fil-Websajt Tagħna

L-EPC hija l-kontrollur tad-data għall-informazzjoni li aħna niġbru fuq il-websajt tagħna.

Meta inti żżur www.epcplc.com, www.contractum.eu or www.epchungary.hu, aħna niġbru l-informazzjoni ta' illoggjar standard u dettalji tax-xejriet tal-viżitatur; għal dettalji jekk jogħġbok ara l- Cookies Policy. Aħna nagħmlu dan biex intejbu l-esperjenza tal-brawżing tiegħek.

Meta tkompli tibbrawżja inti taċċetta l-politika t'hawn fuq.

Ebda mill-personal data, f'dan il-każ l-indirizz tal-IP tiegħek, qed jingħata lil kwalunkwe parti terzi. Aħna nipproteġu l-websajt tagħna minn attakki ta' forza qawwija billi nimblukkaw indirizzi tal-IP minn fejn joriġina l-attakk u għalhekk l-EPC tiġbor l-indirizzi tal-IP li wara imbagħad jintużaw għal sejbien ta' problemi u żgurar ta' sigurezza. Il-logs jinżammu għal 12-il xahar.

Lura lejn Dispożizzjonijiet Ġenerali


Detenturi ta' Kont tal-Web tal-EPC (Pedaġġi u Penali)

L-EPC hija l-kontrollur tad-data għall-informazzjoni li inti tipprovdilna meta tirreġistra biex tuża s-servizz onlajn li jippermett l-immaniġġjar ta' ħlasijiet ta' pedaġġi u avviżi dwar it-traffiku relatati. Id-data personali tikkonsisti fi@ ismek, indirizz, indirizz elettroniku, u l-marka ta' reġistrazzjoni tal-vettura..

L-EPC tipproċessa d-data personali tiegħek fuq il-bażi ta' kuntratt li inti taċċetta meta tirreġistra għal kont tal-web fuq termini imfissra fi Termini ta' Servizz tal-Websajt tal-EPC, u tipproċessa d-data tiegħek għat-tul tal-kuntratt u jekk applikabbli, għal perjodu ta' 7 snin wara d-data li inti ħallast xi ħlasijiet.

Jekk tirreġistra l-vettura tiegħek, inti tikseb aċċess ħafif għall-avviżi, wasla ta' emejls, ħlasijiet, stampi u komunikazzjonijiet.

Il-ħlasijiet jibqgħu ma jitħallsux, il-każ tiegħu jiġi mgħoddi lil aġenzija tal-ġbir tad-dejn jew tkun imħarrek il-qorti, li jista' jirriżulta f'żieda fl-ammont dovut.

Lura lejn Dispożizzjonijiet Ġenerali


Detenturi tal-Kont AutoPASS

Meta tirreġistra l-kont AutoPASS eżistenti tiegħek, inti tipprovdilna bl-informazzjoni dwar id-differenzjal ambjentali tal-vettura tiegħek bil-għan li tinħareġ il-fattura korretta. L-EPC tipproċessa din id-data b'istruzzjonijiet bil-miktub minn Statens Vegvesen (SVV), li huwa kollettur tad-data u li jista' jiġi kkuntattjat fuq firmapost@vegvesen.no. L-EPC tipproċessa d-data tiegħek sakemm tkun hekk ordnata mill-SVV.

Lura lejn Dispożizzjonijiet Ġenerali


Riċevituri tal-Ħlas tal-Penali

Meta inti tirċievi Avviż dwar Ħlas ta' Penali ('PCN') mill-EPC, dan ifisser li inti għandek ħlas dovut pendenti lil waħda mill-Organizzazzjoni Emittenti.

L-EPC tipproċessa d-data tiegħek murija fuq in-notifika rilevanti f'isem l-Organizzazzjoni Emittenti li tawtorizza l-ħruġ tagħha. L-Organizzazzjoni Emittenti ddelegat il-funzjonijiet tagħha ta' traċċar, ħruġ u ġbir ta' flus dovuti mill-FRVs, lill-EPC. Id-delega permezz ta' prokura hija disponibbli biex taraha billi tikklikkja hawn and hawn.

Id-data tiegħek ma tintużax għal xi skop ieħor ħlief għal dawk speċifikati fuq.

L-EPC tikseb VRM u dettalji tal-kontrovenzjoni mill-Organizzazzjoni Emittenti, u barra dan, l-isem u l-indirizz tiegħek mill-Awtorità tal-Liċenzjar tal-Vetturi nazzjonali jew reġjonali rilevanti. Jekk inti tixtieq li tkun infurmat minn fejn niksbu d-data tiegħek jekk jogħġbok ibagħtilna emejl fi privacy@epcplc.com.

F'xi każijiet, l-EPC tikseb id-data personali tiegħek f'forma ta' VRM, l-isem u l-indirizz tiegħek direttament mill-Organizzazzjoni Emittenti, kumpanija tal-kiri ta' vetturi jew id-detentur ta' qabel reġistrat tal-vettura. Din tal-aħħar isseħħ meta r-reġistru uffiċjali ma kienx ġie aġġornata bit-trasferiment tas-sjieda.

Madankollu, anke jekk inti Detentur ta' Kont bl-Internet tal-EPC, inti stess tkun ipprovdejtilna bid-data murija fuq il-PCN.

Id-data tiegħek ma tintużax għal xi skop ieħor ħlief għal dawk speċifikati fuq. L-EPC ser tipproċessa d-data tiegħek sakemm tkun ordnata mill-Organizzazzjoni Emittenti u, jekk applikabbli, għal perjodu ta' 7 snin wara d-data li inti tkun ħallast kwalunkwe ħlas.

Lura lejn Dispożizzjonijiet Ġenerali


Riċevituri ta' Fatturi

Meta inti tirċievi fattura mill-EPC, dan ifisser li inti jeħtieġ li tagħmel ħlas għall-użu tal-faċilitajiet ipprovduti minn Organizzazzjoni Emittenti jew aktar.

L-EPC tipproċessa d-data tiegħek murija fuq in-notifika rilevanti f'isem l-Organizzazzjoni Emittenti li tawtorizza l-ħruġ tagħha. L-Organizzazzjoni Emittenti ddelegat il-funzjonijiet tagħha ta' traċċar, ħruġ u ġbir ta' flus dovuti mill-FRVs, lill-EPC. Id-delega permezz ta' prokura hija disponibbli biex taraha billi tikklikkja hawn and hawn.

Il-ħlasijiet jibqgħu ma jitħallsux, il-każ tiegħu jiġi mgħoddi lil aġenzija tal-ġbir tad-dejn jew tkun imħarrek il-qorti, li jista' jirriżulta f'żieda fl-ammont dovut.

L-EPC tikseb VRM u dettalji tal-kontrovenzjoni mill-Organizzazzjoni Emittenti, u barra dan, l-isem u l-indirizz tiegħek mill-Awtorità tal-Liċenzjar tal-Vetturi nazzjonali jew reġjonali rilevanti. Jekk inti tixtieq li tkun infurmat minn fejn niksbu d-data tiegħek jekk jogħġbok ibagħtilna emejl fi privacy@epcplc.com.

F'xi każijiet, l-EPC tikseb id-data personali tiegħek f'forma ta' VRM, l-isem u l-indirizz tiegħek direttament mill-Organizzazzjoni Emittenti, kumpanija tal-kiri ta' vetturi jew id-detentur ta' qabel reġistrat tal-vettura. Din tal-aħħar isseħħ meta r-reġistru uffiċjali ma kienx ġie aġġornata bit-trasferiment tas-sjieda.

Madankollu, anke jekk inti Detentur ta' Kont bl-Internet tal-EPC, inti stess tkun ipprovdejtilna bid-data murija fuq il-PCN.

Id-data tiegħek ma tintużax għal xi skop ieħor ħlief għal dawk speċifikati fuq. L-EPC ser tipproċessa d-data tiegħek sakemm tkun ordnata mill-Organizzazzjoni Emittenti u, jekk applikabbli, għal perjodu ta' 7 snin wara d-data li inti tkun ħallast kwalunkwe ħlas.

Lura lejn Dispożizzjonijiet Ġenerali


Persuni li Jċemplu lill-Helpline Tagħna

Il-Helpline tal-EPC hija ta' konsulenza fin-natura u aħna ma naċċettaw ebda appell jekk mhux bil-miktub. Irrekordjar tat-telefonata tiegħek jista' jinżamm f'forma enkriktjata għal sitt xhur għal skopijiet ta' monitoraġġ ta' kwalità, taħriġ u verifika. Jekk inti tixtieq kopja tagħha fil-futur, kull ma trid tagħmel huwa li tinformana bid-data u l-ħin tat-telefonata tiegħek.

Lura lejn Dispożizzjonijiet Ġenerali


Persuni Li Jikkuntattjawna Bil-Posta

Meta tikkuntattjana bil-posta, inti voluntarjament tissottometti d-data personali tiegħek u taqbel li aħna nipproċessaw d-data kontenuta f'dik il-komunikazzjoni.

"Jekk inti tikkuntattjna biex tagħmel rappreżentazzjoni, inti trid taqbel li d-data personali tiegħek tista' tingħata lill-Organizzazzjoni Emittenti rilevanti li tista' tkun barra r-Renju Umnit u ż-ŻEE. Jekk inti tissottometti r-rappreżentazzjoni tiegħek bil-posta jew fax, jekk jogħġbok inkludi l-istqarrija bil-miktub li ġejja: "Jiena b'dan naqbel, li d-data personali tiegħi tista' tingħata lill-Organizzazzjoni Emittenti rilevanti.' Korrispondenza mingħajr din l-istqarrija ma tkunx ikkunsidrata. "

L-EPC tipproċessa d-data tiegħek murija fuq in-notifika rilevanti f'isem l-Organizzazzjoni Emittenti li tawtorizza l-ħruġ tagħha. L-Organizzazzjoni Emittenti ddelegat il-funzjonijiet tagħha ta' traċċar, ħruġ u ġbir ta' flus dovuti mill-FRVs, lill-EPC. Id-delega permezz ta' prokura hija disponibbli biex taraha billi tikklikkja hawn and hawn.

L-EPC ser tipproċessa d-data tiegħek sakemm tkun ordnata mill-Organizzazzjoni Emittenti u, jekk applikabbli, għal perjodu ta' 7 snin wara d-data li inti tkun ħallast kwalunkwe ħlas.

Il-ħlasijiet jibqgħu ma jitħallsux, il-każ tiegħu jiġi mgħoddi lil aġenzija tal-ġbir tad-dejn jew tkun imħarrek il-qorti, li jista' jirriżulta f'żieda fl-ammont dovut.

Lura lejn Dispożizzjonijiet Ġenerali


Persuni li jużaw il-formola ‘Contact EPC’ Fuq il-Websajt

Meta tagħmel rappreżentazzjoni kontra xi ħlas permezz tal-formola' ‘Contact EPC’ fil-websajt tal-EPC, inti tipprovdilna b'data addizzjonali għad-data li aħna diġà pproċessajna (ara Riċevituri tal-Ħlas tal-Penali u Riċevituri tal-Fatturi).

L-EPC tipproċessa d-data tiegħek murija fuq in-notifika rilevanti f'isem l-Organizzazzjoni Emittenti li tawtorizza l-ħruġ tagħha. L-Organizzazzjoni Emittenti ddelegat il-funzjonijiet tagħha ta' traċċar, ħruġ u ġbir ta' flus dovuti mill-FRVs, lill-EPC. Id-delega permezz ta' prokura hija disponibbli biex taraha billi tikklikkja hawn and hawn.

Sabiex ir-rappreżentazzjoni tkun ikkunsidrata, inti trid taqbel li d-data personali tiegħek tista' tingħata lill-organizzazzjoni rilevanti li tista' tkun barra r-Renju Unit u ż-ŻEE. Jkk jogħġbok segwi l-istruzzjonijiet fuq il-websajt tagħna.

L-EPC ser tipproċessa d-data tiegħek sakemm tkun ordnata mill-Organizzazzjoni Emittenti u, jekk applikabbli, għal perjodu ta' 7 snin wara d-data li inti tkun ħallast kwalunkwe ħlas.

Il-ħlasijiet jibqgħu ma jitħallsux, il-każ tiegħu jiġi mgħoddi lil aġenzija tal-ġbir tad-dejn jew tkun imħarrek il-qorti, li jista' jirriżulta f'żieda fl-ammont dovut.

Lura lejn Dispożizzjonijiet Ġenerali


Persuni li Jibagħtulna Emejls

Meta inti tibgħatilna emejl, inti voluntarjament tissottometti d-data personali tiegħek u taqbel li aħna nipproċessaw id-data kontenuta f'dik l-emejl, inkluż l-indirizz elettroniku tiegħek.

L-EPC tipproċessa d-data tiegħek murija fuq in-notifika rilevanti f'isem l-Organizzazzjoni Emittenti li tawtorizza l-ħruġ tagħha. L-Organizzazzjoni Emittenti ddelegat il-funzjonijiet tagħha ta' traċċar, ħruġ u ġbir ta' flus dovuti mill-FRVs, lill-EPC. Id-delega permezz ta' prokura hija disponibbli biex taraha billi tikklikkja hawn and hawn.

Barra minn hekk jekk jogħġbok innota li jekk il-ħlas tiegħek jibqa' ma jitħallasx il-każ tiegħek, inkluża l-komunikazzjoni bl-emejl, jingħata għal infurzar ulterjuri bil-potenzjalità ta' ħlasijiet ogħla.

L-EPC ser tipproċessa d-data tiegħek sakemm tkun ordnata mill-Organizzazzjoni Emittenti u, jekk applikabbli, għal perjodu ta' 7 snin wara d-data li inti tkun ħallast kwalunkwe ħlas.

Lura lejn Dispożizzjonijiet Ġenerali


Applikanti għal Impjieg

L-EPC hija l-kontrollur tad-data għall-informazzjoni li inti tipprovdi matul il-proċess ta' reklutaġġ u aħna nipproċessawha fuq il-bażi ta' interess leġittimu. Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar kif aħna nipproċessaw l-informazzjoni tiegħek jekk jogħġbok ikkuntattjana fuq privacy@epcplc.com.

L-informazzjoni kollha li inti tipprovdi matul il-proċess ta' reklutaġġ ser tintuża biss għall-iskop tal-ipprogressar tal-applikazzjoni tiegħek, jew biex taqdi r-rekwiżiti legali jew regolatorji u ser tinħażen għal 12-il xahar mid-data tal-mili tal-kariga.

Aħna ma naqsmux xi informazzjoni li inti tipprovdi matul il-proċess ta' reklutaġġ ma' xi partijiet terzi għal skopijiet ta' kummerċjalizzazzjoni jew naħżnu xi informazzjoni tiegħek barra miż-Żona Ekonomika Ewropea. L-informazzjoni li inti tipprovdi tinżamm sigura minna u/jew mill-proċessuri tad-data tagħna kemm jekk l-informazzjoni hija f'format elettroniku jew fiżiku.

Lura lejn Dispożizzjonijiet Ġenerali