Termini ta' Servizz tal-Websajt tal-EPC

Sfond

Dawn it-Termini ta’ Servizz, flimkien ma’ kwalunkwe u kull dokument ieħor imsemmi hawnhekk, jistabbilixxu t-termini li inti suġġett għalihom meta tuża l-websajt epcplc.com u kwalunkwe applikazzjoni ta’ awto-reġistrazzjoni ta’ kont web (pereżempju għall-ivvjaġġar fin-Norveġja jew fl-ULEZ ġo Londra) (il-Websajt). Jekk jogħġbok aqra dawn it-Termini ta’ Servizz b’attenzjoni u kun żgur li inti tifhimhom. Inti tkun meħtieġ li taqra u tifhem dawn it-Termini ta’ Servizz għax meta tuża din il-websajt inti titqies li aċċettajthom. Jekk ma taqbilx li tikkonforma ma’, u tkun suġġett għal, dawn it-Termini ta’ Servizz, jekk jogħġbok ieqaf mill-użu ta’ din il-websajt.

Definizzjonijiet u Interpretazzjoni

F'dawn it-Termini ta' Servizz it-termini li ġejjin għandhom ikollhom it-tifsiriet li ġejjin:

Kont tal-EPC
ifisser kont li jrid ikun irreġistrat mill-utent tal-Websajt biex jiġġestixxi l-pagamenti online ta’ avviżi rrelatati mat-traffiku, skemi ambjentali jew b’mod ġenerali kwalunkwe applikazzjoni online disponibbli fuq il-Websajt;
EPC
Euro Parking Collection plc: numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija: 3515275, numru tar-reġistrazzjoni tal-protezzjoni tad-data: Z5479282; Contractum Limited: numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija: 5755117, numru tar-reġistrazzjoni tal-protezzjoni tad-data: Z143131X, numru tar-reġistrazzjoni tal-VAT: 977 7392 50, EPC Finance Limited: numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija: 8881682; kollha rreġistrati fl-Ingilterra u Wales, f’‘Shepperton House, 83-93 Shepperton Road, Londra, N1 3DF Ir-Renju Unit; u EPC Hungary KFT: numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija: 01-09-908128, numru tar-reġistrazzjoni tal-protezzjoni tad-data: NAIH-112615/2017 (kollettivament l-EPC);’
Kontenut
ifisser kwalunkwe u kull test, stampa, awdjo, vidjow, skript, kodiċi, softwer, bażi tad-data, u kwalunkwe informazzjoni kapaċi li tkun maħżuna fuq kompjuter li jidher fuq, jew jifforma parti mill-Websdajt;
Pjattaforma
tfisser kollettivament il-faċilitajiet onlajn, għodod, servizzi, infrastruttura u informazzjoni li l-EPC tipprovdi permezz tal-Websajt biex tiffaċilita l-amministrazzjoni ta’ ħlasijiet irrelatati mat-traffiku;
Servizz jew Servizzi
ifisser is-servizzi disponibbli għalik permezz tal-Websajt;
Informazzjoni tal-Ħlas
ifisser kwalunkwe dettall meħtieġ għal ħlas ta’ Servizzi mill-Websajt. Dan jinkludi, iżda mhux limitat għal, in-numri tal-kards tal-kreditu/debitu, in-numri ta’ kontijiet bankarji u l-kodiċi sort, jew kwalunkwe metodu tal-ħlas ieħor applikabbli;
Fornitur ta' Servizz Parti Terza
ifisser parti terza li tipprovdi servizz li jiġi offrut lill-Utenti permezz tal-Websajt;
Utent
ifisser kull parti terza li taċċessa l-Websajt u mhijiex impjegata mill-Euro Parking Collection plc.

Is-Sjieda tal-Websajt

Il-Websajt hija proprjetà ta’ u mħaddma minn l-EPC

Id-Drittijiet ta’ Proprjetà Intelletwali u l-Liċenzja Tagħna

Il-Kontenut l-ieħor kollu inkluż fil-Websajt, inkluż il-materjal kollu li jiffaċċja lill-utent, it-testi, il-grafiċi, il-logos, l-icons, l-istampi, il-klipps tal-ħoss, il-klipps tal-vidjows, il-kumpilazzjonijiet tad-data, it-tqassim tal-paġni u kull materjal sottostanti ieħor bħal kodiċi, softwer, u bażijiet tad-data u d-drittijiet tal-awturi u drittijiet oħra ta’ proprjetà intellettwali f’dak il-Kontenut, jekk mhux ittikkettjat speċifikament mod ieħor, huwa l-proprjetà tal-EPC, l-affiljati tagħna, is-sħab tagħna, il-klijenti tagħna jew partijiet terżi rilevanti oħra. Il-Kontenut kollu huwa protett mil-liġijiet u t-trattati internazzjonali u tar-Renju Unit applikabbli rigward il-proprjetà intellettwali.

Inti ma tistax tirriproduċi, tikkopja, tqassam, taħżen jew b’xi mod ieħor tuża mill-ġdid materjal mill-Websajt kemm-il darba ma jkunx indikat fil-Websajt jew kemm-il darba ma jkollokx permess espress bil-miktub li tagħmel dan mill-EPC.

Links għal Websajts Oħra

Il-Websajt jista’ jkollha links għal siti oħra. Sakemm ma jkunx iddikjarat espressament, dawn is-siti mhumiex taħt il-kontroll tal-EPC jew l-affiljati tagħna. L-EPC ma terfa’ ebda responsabbiltà għall-kontenut ta’ websajts bħal dawn u tiċħad kull responsabbiltà għal kwalunkwe u kull forma ta’ telf jew dannu li jirriżulta mill-użu tagħhom. L-inklużjoni ta’ link għal sit ieħor fuq din il-Websajt ma timplikax xi approvazzjoni tas-siti nfushom jew ta’ dawk li għandhom il-kontroll tagħhom.

Kontijiet tal-EPC

Kontijiet tal-EPC huma applikazzjoni ta’ awto-reġistrazzjoni online li tippermetti lill-Utenti li jirreġistraw l-informazzjoni tal-vettura, kif ukoll informazzjoni rilevanti oħra, sabiex jiġġestixxu l-ħlas ta ħlasijiet irrelatati mat-traffiku, jirċievu korrispondenza rilevanti permezz tal-posta elettronika, kif ukoll informazzjoni oħra biex jiġi ffaċilitat l-ivvjaġġar f’lokalità partikulari. Sabiex tibbenefika minn din l-applikazzjoni, l-EPC tirrikjedi li inti tipprovdi u tirreġistra d-dettalji tiegħek fuq il-Websajt sabiex toħloq Kont tal-EPC.

Il-Kont tal-EPC se jkun fih ċerti dettalji personali, informazzjoni tal-ħlas u informazzjoni tal-vettura, li l-EPC se titolbok tipprovdi.

Meta taċċetta t-Termini tas-Servizz u tkompli tuża l-Websajt inti tirrapreżenta u tiggarantixxi li:

Bil-ħolqien ta’ Kont tal-EPC inti terġa’ tafferma r-rappreżentazzjoni u l-garanzija tiegħek.

Jekk jogħġbok innota li jekk l-EPC timplimenta tibdiliet materjali fil-mod kif jitħaddmu l-Kontijiet tal-EPC, inti tawtorizzana biex ninfurmawk malajr kemm jista’ jkun b’mod prattikabbli.

Huwa rrakkomandat li inti ma tikkondividix id-dettalji tal-Kont tal-EPC tiegħek, partikularment il-username u l-password tiegħek. L-EPC ma taċċetta ebda responsabbiltà għal kwalunkwe telf jew dannu mġarrab bħala riżultat tal-kondiviżjoni minnek tad-dettalji tal-Kont tal-EPC tiegħek. Jekk tikkondividi l-kompjuter ma’ ħaddieħor, huqa rrakkomandat li inti ma tissejvjax id-dettalji tal-Kont tal-EPC tiegħek fil-brawżer tal-internet tiegħek.

Jekk għandek raġuni taħseb li d-dettalji tal-Kont tal-EPC tiegħek ittieħdu minn ħaddieħor mingħajr kunsens, inti għandek tikkuntattja immedjatament lill-EPC biex tissospendi l-Kont tal-EPC tiegħek u tikkanċella kwalunkwe ordni jew ħlas mhux awtorizzat li jista’ jkun hemm pendenti.

Privatezza

L-użu tal-Websajt huwa rregolat ukoll mill-Avviż dwar il-Privatezza tal-Websajt u l-Politika dwar il-Cookies tagħna li hija nkorporata f’dawn it-Termini ta’ Servizz b’din ir-referenza.

Terminazzjoni u Kanċellazzjoni

Inti jew l-EPC tista’ ttemm il-Kont tal-EPC tiegħek fi kwalunkwe ħin.

Jekk inti tixtieq ittemm il-kont tal-EPC tiegħek, jekk jogħġbok ibagħtilna ittra elettronika bit-talba tiegħek.

Ċaħdiet

L-EPC ma tagħti ebda garanzija jew rappreżentazzjoni li l-Websajt se tissodisfa l-ħtiġijiet tiegħek, li se tkun ta’ kwalità sodisfaċenti, li se tkun adatta għal skop partikulari, li ma tiksirx id-drittijiet ta’ partijiet terzi, li se tkun kompatibbli mas-sistemi kollha, li se tkun sigura u li l-informazzjoni kollha pprovduta se tkun preċiża. L-EPC ma tagħti ebda garanzija ta' xi riżultati speċifiċi mill-użu tas-Servizz jew Servizzi tagħna.

Waqt li l-EPC tuża sforzi raġonevoli biex tiżgura li l-Websajt hija sigura u ħielsa mill-iżbalji, viruses u malware oħra, l-Utenti kollha jingħataw parir li jkunu responsabbli huma għas-sigurtà tagħhom stess, tad-dettalji personali tagħhom u tal-kompjuters tagħhom.

Viruses, Malware u Sigurtà

L-EPC teżerċita l-ħila u l-attenzjoni raġonevoli kollha sabiex tiżgura li l-Websajt hija sigura u ħielsa mill-viruses u malware oħra, li jinkludu, iżda mhux limitati għal, l-iskannjar għall-viruses u malware. L-EPC, madankollu, ma tiggarantixxix li l-Websajt hija sigura u ħielsa mill-viruses jew malware oħra u ma taċċetta ebda responsabbiltà f’dan ir-rigward.

Inti ma tistax deliberatament tintroduċi viruses jew malware oħra, jew kwalunkwe materjal ieħor li huwa malizzjuż jew li teknoloġikament jagħmel ħsara lil jew permezz tal-Websajt.

Inti m’għandekx tipprova tikseb aċċess mhux awtorizzata għal xi parti tal-Websajt, is-server li fih hija maħżuna l-Websajt, jew kwalunkwe server, kompjuter, jew bażi tad-data kkonnettjata mal-Websajt.

Tibdiliet fis-Servizz u dawn it-Termini tas-Servizz

L-EPC tirriserva d-dritt li tibdel il-Websajt, il-Kontenut tagħha jew dawn it-Termini ta' Servizz fi kwalunkwe żmien. Inti tkun marbut bi kwalunkwe bidla fit-Termini ta’ Servizz mill-ewwel darba li tuża l-Websajt wara l-bidliet. Jekk l-EPC tkun meħtieġa li tagħmel xi tibdil fit-Termini ta’ Servizz bil-liġi, dawn il-bidliet japplikaw awtomatikament għal kwalunkwe użu attwali kif ukoll għal kwalunkwe użu fil-ġejjieni.

Disponibilità tal-Websajt

Is-Servizz huwa pprovdut “kif inhu” u fuq bażi ta’ “kif disponibbli”. L-EPC ma tagħti ebda garanzija li s-Servizz se jkun ħieles minn difetti. Sal-punt massimu permess mil-liġi, l-EPC ma tipprovdi ebda garanzija (espressa jew impliċita) ta’ kapaċità għal skop partikulari, eżattezza tal-informazzjoni, kompatibilità u kwalità sodisfaċenti.

L-EPC ma taċċetta ebda responsabbiltà għal xi interruzzjoni jew nuqqas ta’ disponibilità tal-Websajt minħabba kawżi esterni inklużi, iżda mhux limitati għal, nuqqas ta’ funzjonament tat-tagħmir tal-ISP, nuqqas ta’ funzjonament tat-tagħmir tal-ospitant (host), nuqqas ta’ funzjonament tan-netwerk tal-komunikazzjoni, qtugħ fil-provvista tal-elettriku, avvenimenti naturali, atti ta' gwerra jew restrizzjonijiet legali u ċensura.

Limitazzjoni tar-Responsabbiltà

Sal-punt massimu permess mil-liġi, l-EPC ma taċċetta ebda responsabbiltà għal xi telf jew dannu dirett jew indirett, prevedibbli jew xort’oħra, inkluż kwalunkwe dannu indirett, konsegwenzjali, speċjali jew eżemplari li jirriżulta mill-użu tal-Websajt jew kwalunkwe informazzjoni li tinsab fiha. L-utenti għandhom ikunu konxji li jużaw il-Websajt u l-Kontenut b’riskju għalihom stess.

Xejn f’dawn it-Termini ta’ Servizz ma jeskludi jew jirrestrinġi r-responsabbiltà tal-EPC għal mewt jew korriment personali li jirriżultaw minn kwalunkwe negliġenza jew frodi min-naħa tal-EPC.

Xejn f’dawn it-Termini ta’ Servizz ma jeskludi jew jirrestrinġi r-responsabbiltà tal-EPC għal xi telf jew dannu dirett jew indirett minħabba fornitura mhux korretta ta’ Servizzi jew minħabba dipendenza fuq informazzjoni mhux korretta inkluża fil-Websajt.

Waqt li sar kull sforz biex ikun żgurat li dawn it-Termini ta’ Servizz jaderixxu b’mod strett mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi, fl-eventwalità li xi wieħed minn dawn it-termini jinstab li huwa llegali, invalidu jew b’xi mod ieħor mhux infurzabbli, dak it-terminu għandu jitqies li nqata’ minn dawn it-Termini ta’ Servizz u m’għandux jaffetwa l-validità u l-infurzar tat-Termini ta’ Servizz li jibqa’. Dan it-terminu għandu japplika biss fil-ġurisdizzjonijiet fejn terminu partikulari huwa illegali.

Kif l-EPC Tuża l-Informazzjoni Personali Tiegħek (Protezzjoni tad-Data)

L-informazzjoni personali kollha li l-EPC tista’ tiġbor (inklużi, imma mhux limitata għal, ismek, l-indirizz u n-numru tat-telefon) tkun miġbura, użata u miżmuma f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data tal-2018.

Għal dettalji dwar il-protezzjoni tad-data jekk jogħġbok aqra l-Avviż dwar il-Privatezza tal-EPC.

Termini Importanti Oħra

L-EPC tista’ tittrasferixxi (tassenja) l-obbligi u d-drittijiet tagħna skont dawn it-Termini ta’ Servizz lil parti terza. Jekk dan iseħħ, inti tkun infurmat bil-miktub mill-EPC. Id-drittijiet tiegħek skont dawn it-Termini ta’ Servizzi ma jkunux affetwati u l-obbligi tagħna skont dawn it-Termini ta’ Servizzi jiġu ttrasferiti lill-parti terza li tibqa’ marbuta bihom.

L-EPC tista’ tirrevedi dawn it-Termini ta’ Servizz minn żmien għal żmien bħala rispons għal tibdiliet fil-liġijiet rilevanti u rekwiżiti regolatorji oħrajn.

Jekk xi waħda mid-dispożizzjonijiet ta’ dawn it-Termini ta’ Servizz jinstab li hija illegali, invalida jew b’xi mod ieħor mhux infurzabbli minn xi qorti jew awtorità oħra, dik/dawk id-dispożizzjoni(jiet) għandha(hom) titqies(jitqiesu) maqtugha mill-bqija ta’ dawn it-Termini ta’ Servizz. Il-bqija ta’ dawn it-Termini ta’ Servizz għandhom jitqiesu validi u infurzabbli.

Ebda nuqqas jew dewmien mill-EPC, fl-eżerċizzju ta’ kwalunkwe wieħed mid-drittijiet tagħha skont dawn it-Termini ta’ Servizz m’għandu jitqies li jfisser li l-EPC rrinunzjat dak id-dritt, u ebda deroga mill-EPC ta’ ksur ta’ xi dispożizzjoni ta’ dawn it-Termini ta’ Servizz m’għandha titqies li tfisser li l-EPC se tidderoga kwalunkwe ksur sussegwenti tal-istess dispożizzjoni jew ta’ kwalunkwe dispożizzjoni oħra.

Liġi u Ġurisdizzjoni

Dawn it-Termini ta’ Servizz, u r-relazzjoni bejnek u l-EPC għandhom ikunu rregolati minn, u interpretati skont, il-liġi Ngliża.