It-Transport for London Congestion Charge (CC)

Vetturi li jsuqu f'żona definita b'mod ċar ta' Londra ċentrali bejn is-sigħat tas-07:00 u s-18:00, bejn it-Tnejn u l-Ġimgħa, eskluż tmiem il-ġimgħa u l-btajjel pubbliċi jridu jħallsu GPB 11.50 kuljum Ħlas ta' Konġestjoni jew GBP 14.00 jekk id-dritt jitħallas fl-ewwel jum ta' ħlas wara l-ivvjaġġar.

Il-Ħlas tal-Konġestjni jista' jinxtara b'diversi modi. Dawn jinkludu, bit-telefon permezz taċ-ċentru ta' komunikazzjoni fuq 0343 222 2222 (sejħiet internazzjonali +44 343 222 2222), onlajn fi www.cclondon.com, b'messaġġ testwali SMS (jekk reġistrat ma' TfL) jew bil-posta.

Wieħed jista' juża wkoll metodu awtomatizzat ta' pagament għall-Ħlas tal-Konġestjoni. Din tissejjaħ il-Congestion Charging Auto Pay (CC Auto Pay) u tippermetti lid-detenturi tal-kont li jirċievu l-kont awtomatikament għal ġranet ivvjaġġati kull xahar. Il-ħlas kuljum huwa GBP 10.50. Sa 5 vetturi jistgħu jiġu reġistrati fuq CC Auto Pay fuq www.tfl.gov.uk. Dan jiswa GBP 10 biex tirreġistra kull vettura kull sena.

Skont fuq ir-reġistrazzjoni għal vetturi b'disa' postijiet jew aktar

Xi individwi u vetturi huma eżentati mill-ħlas u jistgħu jitolbu skond fuq il-ħlas.

Din il-faċilità onlajn hija biex tgħinek tirreġistra vettur b'disa' postijiet jew aktar għal skont ta' 100% mill-Ħlas ta' Konġestjoni. Bl-għażla tal-lingwa mid-drop down menu, tiġi prodotta formola ta' applikazzjoni bil-lingwa magħżula.

Ladarba tkun kompluta, u l-buttuna tas-sottomissjoni magħfusa, tiġi prodotta verżjoni PDF bl-Ingliż, li trid tiġi stampata, iffirmata u mibgħuta lil TfL Congeston Charge, PO Box 344, Darlington, DL1 9QE, United Kingdom. Jekk jogħġbok tinsiex li tinkludi kopji tad-dokumentazzjoni ta' sostenn relevanti

Aktar informazzjoni ġenerali tista' tinstabh fi www.tfl.gov.uk

Jekk jogħġbok agħżel lingwa